Untitled Document
Paul P. Borg – …jiena xi ħadd… li nokrob mill-ġuf ta’ mara – €10

                                                                                                                jien ma narax  -  u ma nħoss xejn

jien ma nismax  -  ma nifhem xejn

jiena ma nxommx  -  u ma nmeċlaqx

jien ma niktibx -  u ma nimxix

jien ma naħsibx  -  ma nitkellimx

jien ma nibkix  -  ma nitbissimx

 … u jien xi ħadd…

 jien demm imxerred  -  ġisem misluħ

jien qalja mqattgħa  -  bħal fenek moqli

qattus mat-triq  -  bi msarnu barra

jien jigsaw puzzle  -  għadam mitruħ

jien għonq miġbud  -  jien moħħ mirdugħ

jien laħam nej  -  ġo dixx ileqq

jien falda mqattgħa  -  ikkapuljat

tilqit muġugħ  -  bla ebda dmugħ

 … u jien xi ħadd…

 jiena imħabba  -  jiena mibegħda

jien kont sa nkun  -  u ma sirt qatt

kont ħsieb sa jkun  -  u ma sirt ħadd

jien merżuq mitfi  -  ġo toqba sewda

jien nar bla dawl  -  ġol-univers

jien fdal moqżież  -  ġod-dixx ileqq

jien mormi f’loki  -  qalb dlik qed jinten

jiena fflaxxjat  -  mal-ħmieġ uman

 … u jien xi ħadd…

jien xi hadd
Untitled Document