Untitled Document
Lina Brockdorff – ’Il Barra mill-Isqaq – €11

Nenu kellu tnax-il sena, il-kbir ta’ familja fqira mimlija tfal. Dara jgħix fil-faqar. Li kien ikiddu wisq kien il-fatt li hu twieled u jgħix fi sqaq fir-raħal ta’ Ħal Qormi fil-ħamsinijiet tas-seklu li għadda. Kellu moħħu tajjeb, irnexxielu jkun l-ewwel tifel tal-isqaq li jgħaddi għal-Liċeo. Għalih kienet rebħa li qatt ma stennieha.  Waqt li kull filgħodu jkun jistenna l-‘private’ biex twasslu l-iskola laħaq tefa’ għajnejh fuq Lara, tfajla li  tkun faċċata tiegħu tistenna l-‘private’ lejn skola privata. Missierha Ingliż ‘kważi nobbli’, b’dankollu Nenu seta’ jinduna li Lara ma kinitx taqla’ għajnejha min fuqu. Laħaq kellimha darbtejn, imma l-ġardinar mar jispjuna kollox lil omm Lara li għamlet minn kollox biex fi ftit jiem siefru lejn darhom l-Ingilterra biex qatt ma jerġgħu lura. Tgħid dan kellu jkun it-tmiem tal-imħabba bejn Nenu u Lara? 

 

Lina il barra
Untitled Document