Untitled Document
Lina Brockdorff – Taħt is-Swar tal-Imdina – €11

Monica u Sylvia kienu tewmin ta’ sittax-il sena, tfajliet serji li jinħabbu sew bejniethom. Qed jistudjaw għax waslu l-eżamijiet tal-Livell Ordinarju. B’dankollu, filgħaxija ommhon  tħallihom jieqfu mill-istudju u jmorru dawra ta’ siegħa fi Ġnien Howard, ir-Rabat, sewwasew quddiem darhom. It-tfajliet dritt  jerħulha lejn iċ-ċint li jagħti għall-foss ta’ taħt is-swar, għax dejjem ikun hemm klikka ġuvintur jilagħbu l-ballun. Darba, Monica, b’ċajta staqsiet ’l oħtha liema minn dawk il-ġuvnotti kien il-favorit tagħha, b’wegħda li hi wkoll tiżvela min kien dak li l-aktar jogħġobha. Sylvia mill-ewwel tiddikjara li tiffansja lil Pawlu. Monica mmutat għax inzerta kien il-favorit tagħha wkoll.  B’dankollu, biex ma tweġġax lil oħtha  tivvinta li l-aktar li jolqotha kien ieħor. Wara l-eżamijiet Sylvia bdiet tinnamra ma’ Pawlu filwaqt li Monica, qalbha    maqsuma, tilfet it-tama u ddeċidiet li tidħol soru. Għamlet l-ewwel voti. Tgħid dawn il-voti u l-ħitan għoljin tal-kunvent kienu biżżejjed biex iberrdulha mħabbitha lejn Pawlu?

 

Lina taht is-swar
Untitled Document