Untitled Document
Lina Brockdorff – Dwett għal Żewġ Vjolini – €11

Rosalie, tfajla ta’ sittax-il sena, kienet bejn in-nar u l-ilma tipprova tiddeċiedi jekk tibdiex kors l-Università inkella tkomplix tavvanza fl-istudju tal-vjolin fejn kienet ġa mxiet sew u ħadet sehem f’kunċerti. L-għalliem tagħha insista li hi kellha ddoqq dwett “Il-Meditazzjoni” mill-opra ta’ Thais ma’ Frank, Malti Awstraljan li kien jinsab Malta għal ftit jiem għall-okkażjoni ta’ kunċert kbir li kellu jsir f’sala kbira, il-Furjana. Baxxiet rasha u bdew il-provi bejn Rosalie u Frank. Malajr bejniethom nibtet l-imħabba, iżda Frank kien wasallu ż-żmien li jitlaq lejn l-Awstralja. Rosalie twiegħed lil Frank li malli jkollha tmintax-il sena tmur ħdejh, waqt li hu jwegħidha mħabbtu u li jiktbilha kull ġimgħa. Wara ftit tal-jiem l-ittri waqfu ħesrem. X’kien ġara? 

 

Lina dwett ghal zewg vjolini
Untitled Document