Untitled Document
Charlò Camilleri – L-Għanja tal-Imħabba mhux Maħbuba – Marija Maddalena de’ Pazzi- €13

F’għeluq l-450 sena mit-Twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, P. Charlò Camilleri, Karmelitan, jagħtina t-tieni bijografija ta’ waħda mill-mistiċi l-kbar fl-Ordni Karmelitan u fil-Knisja, magħrufa mill-Papa Benedittu XVI fl-2007 bħala “għalliema tal-ħajja spiritwali għal kulħadd u l-iktar għas-saċerdoti li għalihom offriet ħajjitha”.

L-ewwel bijografija bil-Malti ta’ din il-qaddisa nkitbet fl-1907 mill-Poeta tal-Madonna u tal-Kelma Maltija, il-Prof. P. Anastasju Cuschieri, Karmelitan, f’għeluq it-300 sena mill-Mewt tagħha.

Din il-bijografija fiha wkoll ġabra qasira bil-Malti mill-kitbiet kollha tal-qaddisa, li jlaħħqu mal-ħames volumi manuskritti, miktuba oriġinalment bl-idjoma Fjorentina tas-sekli 16 u 17.

Lina dwett ghal zewg vjolini
Untitled Document