Untitled Document
Alfred Massa – Vaganzi Sajfin – €12

Michael u Jenny, miżżewġin friski, imorru vaganza Franza: Lourdes u Pariġi. F’Lourdes Jenny titlob lill-Madonna grazzja speċjali. Christopher u ħabibtu Elsie jiġu Malta mill-Ingilterra għal vaganza fuq stedina ta’ George.Martin u Marisa, żewġ anzjani, imorru villeġġjatura f’Wied il-Għajn. Marisa tagħmel ħabiba ma’ Anna, ġara tagħha, u t-tnejn devoti tal-Madonna tad-Dawl li hemm kappella tagħha f’Wied il-Għajn. Aktar tard Christopher jinstab mejjet. Jenny taqla’ l-grazzja li talbet f’Lourdes.

 

• Xi grazzja talbet Jenny quddiem il-Madonna f’Lourdes?

• Kif miet Christopher?

• Xi ġralu Salvu, ir-raġel ta’ Anna?

• Xi jsir minnha Elsie wara l-mewt tal-ħabib tagħha Christopher?

• Kif jersqu lejn xulxin il-familji ta’ Martin u Marisa
(il-ġenituri ta’ Thomas u George) u ta’ Frans u Lukrezja
(il-ġenituri ta’ Michael u Veronika)?

vaganzi
Untitled Document