Untitled Document
Mark Anthony Fenech – It-Tawmaturgu – €15

Mars, fejn fil-futur imbiegħed 

Iż-żmien waqaf jitkejjel. 

Il-bnedmin ma baqgħux jgħixu biss fuq id-Dinja. Infirxu u tkattru fuq l-eqreb pjaneti tas-sistema solari. Ħadu r-riedni tal-evoluzzjoni u tat-teknoloġija f’idejhom. Saru aktar b’saħħithom. Waqfu jixjieħu. Waqfu jmutu.

Fuq dan l-isfond, merċenarju bla isem jasal lura d-dar f’Tarsis, għajjien u diżilluż. Imdejjaq b’ħajtu, jiftakar fi żmien il-gwerra bejn Mars u d-Dinja fejn ħajtu kellha skop akbar. Ftit li xejn għandu ħjiel tal-irwol li se jkollu fil-pass li jmiss tal-evoluzzjoni umana. U biex jibda dan il-proċess, l-ewwel irid ikisser il-ktajjen li jxekkluh…

trawmaturgu
Untitled Document