Untitled Document
Salv Sammut – Ir-Raġel Stramb Milgħub minn Mara – €13

Kif jista’ jkun li raġel stramb, żorr u mqit jiġi milgħub minn mara? X’setgħa kellha din biex ġabitu jibża’ min-nisa u jaħlef li ma jgħinhomx  iżjed, l-aktar jekk ikunu żgħażagħ, ħelwin u senswali?  Ir-Raġel Stramb kien Bolxevist konvint fil-belt ta’ Varsavja taħt il-ħakma Bolxevista. Ħabb tfajla Kattolika daqsu konvinta fid-din tagħha.  Minn naħa oħra, għen tfajla Lhudija b’altruwiżmu bla kundizzjoni. Iżda ġara mument f’ħajtu li bidillu mġibtu ta’ taħt fuq! Iżda għall-inqas fl-aħħar, ġewwa gżira ċkejkna, f’nofs il-baħar Mediterran, isib il-kenn, is-sliem u s-solitudni f’iżolament personali ġewwa dar fuq għolja mwarrba min-nies, sakemm jum wieħed, mingħajr mistenni, tidher quddiemu tfajla Maltija li tnissillu biża’ ġdid.

 

Mela x’inhu l-misteru li aħjar jibqa’ mistur?

Għaliex kellu jtemm il-karriera tiegħu ħesrem?

Għaliex l-ego tiegħu tkisser f’umiljazzjoni u tilef lil min ħabb tassew?

Għaliex terġa’ tidħol tfajla Maltija f’ħajtu meta hu ma ridhiex?

Għaliex tibqa’ tippersisti f’relazzjoni mimlija antogoniżmu u stmerrija?

Għaliex kellha fl-aħħar tifhem l-istramberiji tiegħu meta dan kien tard wisq?

Ir-Ragel Stramb
Untitled Document