Untitled Document
Tony.C. Cutajar – is-Seħer u s-Sħaħar – €10

Dan il-ktieb jiġbor fih studju qasir dwar is-seħer kif ukoll ġabra ta’ stejjer dwar is-sħaħar miktuba minn awturi magħrufin fil-letteratura. Hawn se niltaqgħu ma’ Maltin li dehru quddiem l-Inkiżitur dwar akkużi ta’ seħer, il-magħmul u l-għajn ħażina li kienu pprattikati dawk iż-żminijiet, b’mod speċjali fis-seklu tmintax.
Is-seħer f’Malta kien ipprattikat fl-irħula u ġeneralment minn nisa u minn skjavi rġiel fin-naħat tal-Port il-Kbir. Dawn l-iskjavi kellhom bżonn il-flus biex jifdu lilhom infushom u jiksbu jiksbu l-libertà. Il-Maltin donnhom kienu jħennu għalihom għax kienu jemmnuhom u jħallsuhom tas-”servizzi” tagħhom. F’dan il-ktieb se nsiru nafu x’tgħid il-Bibbja u kif taħsbiha l-Knisja dwar dan is-suġġett popolari, interessanti u fl-istess ħin misterjuż, jekk mhux ukoll perikoluż.

 

seher u shahar
Untitled Document