Untitled Document
Anabelle Azzopardi – L-Ingwanti Maġiċi – €9

Illustrat minn Jose Luis Ocana

Lizzie kienet tħobb iġġemma’ l-ingwanti, u n-nanna Gerit kienet tħitilha waħda wara l-oħra. Iżda x’kellhom speċjali dawn l-ingwanti? Xi ġralha waħda mill-ingwanti tant għal qalb Lizzie?

Idħol fid-dinja tal-immaġinazzjoni hekk kif dawn l-ingwanti maġiċi jgħaddu minn avventura għal oħra. Il-praspar u l-ġrajjiet tagħhom ma jeqfux. Iżda mhux dejjem jgħadduha lixxa, tafux!

Il-pika fost l-ingwanti ma tħallihomx bi kwiethom u tqanqal il-problemi. Min jaf x’isir minn Lizzie u l-ingwanti? U fuq kollox x’tagħlima tagħtina din l-istorja?

 

Dan huwa l-ewwel ktieb ippubblikat ta’ Anabelle Azzopardi, u jifforma parti mis-sensiela “Il-Ktieb Dejjem Ħabib”, serje ta’ kotba għat-tfal minn Horizons.

 

l-ingwanti magici
Untitled Document