Untitled Document
Victor Fenech – Emma il-Qamar u l-Fjuri Jitkellmu – €10

Illustrazzjonijiet Nicole Diacono

 

Mela darba waħda – għax l-istejjer għat-tfal iż-żgħar kważi dejjem hekk jibdew, b’darba waħda – kien hemm tifla ta’ erba’ snin jisimha Emma.  

Din Emma kienet tifla fuq ruħha u dejjem ferħana. Filgħaxija kienet tħobb tara l-cartoons,  u għalhekk ma kenitx tkun trid tmur torqod. Idoqqu d-disgħa u tibqa’ quddiem it-televixin. Imma l-mamà tagħha, bl-għajnuna tal-qamar, fl-aħħar sabet mezz kif tħajjarha tidħol fis-sodda! 

Emma kienet ukoll tħobb in-natura. Ta’ kuljum kienet tmur tħares lejn il-fjuri fil-ġnejna tad-dar tagħhom. Tant kienet tħobbhom li kienet toqgħod titkellem magħhom. U darba minnhom kellmuha lura!

Ihhh, nistħajjilkom tgħidu, mela l-fjuri jitkellmu? Ħeqq, staqsu lil Emma, hekk qalet … Anki Dixie, il-kelb ċkejken li kien dejjem jiġri magħha, baqa’ skantat!

 

Dan huwa t-tieni ktieb ta’ Victor Fenech f’din is-sensiela ta’ kotba għat-tfal iż-żgħar maħruġin minn Horizons. L-ewwel wieħed kien “Luke u r-Rigal ta’ Santa Klaws”.

 

emma
Untitled Document