Untitled Document
Maria Ferriggi – Patatinu il-Ħmar ta’ Qalbu Tajba – €11

L-avventuri ta’ Patatinu jkomplu fuq ir-razzett ta’ Ġanni.  Xi trid Leda mingħand Patatinu?  U l-ħmara l-ġdida għal min hi?  X’jiġrilu Patatinu meta jiltaqa’ mal-ġirien ġodda?  Tgħid ikunu jridu jagħmlu ħbieb miegħu?  X’kien qed jagħmel Xwejku barra matul il-ġurnata?  Mhux suppost li mar jorqod?  Min hi Adalja? U Pizu x’mar jagħmel fir-razzett ta’ Ġanni?  Min huma l-kaċċamuti?  U x’inhu xogħolhom?  U meta jiġi Vincenzo delGlobo, għala jaħseb li ħa żball fid-deċiżjoni tiegħu?  Tares jagħmel waħda minn tiegħu u Rożina toħroġ għalih bil-kuċċarun tal-injam.  Tgħid għala?  U min hu Stellinu?  X’kien qed jagħmel fir-razzett?  U kif daħal?    Tgħid Kola jżommha kelmtu?  U kif Ġakki ser joħroġ lil Patatinu, Dolly u Karrottinu minn bawxata?  Kollox jispiċċa b’wiċċ il-ġid?  Dan kollu u ħafna aktar stejjer fl-istorja tat-tieni ktieb ta’ Patatinu.

 

patatinu
Untitled Document