Untitled Document
Michael Cini – Konvoj il-Ġrajja li naf jiena biss! – €13

Jiena kont hemm. Iva, fuq l-Ohio.

Ma temminx? Taħseb li nkun qiegħda nħarref jekk ngħidlek li jiena rkibt bil-moħbi fuqu mal-maħbub tiegħi, bit-tama li niġi lura Malta?

Ma temminx li jiena rajt l-ajruplani tal-għadu kważi jmissu mal-arbli ta’ dan it-tanker, huma u jisparaw fuqna u jwaddbulna l-bombi?

Taħseb li ma bżajtx meta bdejt nara l-vapuri ta’ madwarna, wieħed wara l-ieħor jintlaqtu mit-torpedoes tas-sottomarini? Isiru balla nar u jinbelgħu mill-abbissi ta’ dak il-baħar mudlam bin-nies ta’ fuqhom b’kollox?

Dażgur, għax il-Konvoj li għalik u għal Malta kollha dejjem fisser festa ta’ ferħ, rebħa u salvazzjoni ta’ poplu, għalija fisser biss biża’ u sogru kbir. Taqtigħa ħarxa li biddlitli ħajti meta l-avventura ta’ żewġ żgħażagħ imqanqlin mill-imħabba lejn xulxin, inbidlitilna f’ħolma kerha. Ġrajja li lili qasmitli qalbi.

Ġrajja li ħallietni nissielet u ngħum waħdi f’baħar ta’ memorji.

Ġrajja ta’ destin li bqajt inġorr għall-kumplament ta’ ħajti.

Ġrajja li għadni qatt ma rrakkuntajt lil ħadd.

Għax hija l-ġrajja li naf jiena biss!

 

konvoj
Untitled Document