Untitled Document
Rita Saliba – Il-Ħajjat tal-Istejjer – €10

Fir-Renju tas-Siġar taċ-Ċawsli, Benjaminu, il-ħajjat tal-istejjer, kien isaħħar lil kulħadd bir-rakkonti tiegħu. Ma’ kull biċċa drapp li jmiss, kienet titfassal storja mill-isbaħ u jinħietu ħwejjeġ imnebbħin minn dan is-seħer …

 

Kien iżewweġ stejjer għas-Sinjorina Serafina, jinseg rakkonti għat-twajba Reġina Mafalda, u ċ-ċkejkna Ċelestina kienet taf l-istejjer tiegħu bl-amment.

Iżda għall-Prinċep Fawstinu ma kellux aktar stejjer ta’ gwerer u battalji. Il-Prinċep irrabja bl-ikraħ u l-imsejken Benjaminu spiċċa għall-frisk, maqful f’ċella umduża fil-palazz irjali jħares lejn l-istillel … sakemm darba, mhux mistenni, xi ħadd ried jgħinu …

 

Rita Saliba hija l-awtur ta’ tliet kotba oħra fis-sensiela ‘il-Klieb Dejjem Ħabib”, serje ta’ kotba għat-tfal minn Horizons. Dawn huma, ,  u Weraq tal-Fidda.

il-hajjat
Untitled Document