Untitled Document
Carmel Scicluna – Il-Kalċi qiegħed Ifur – €13

… il-metofori ta’ Scicluna joħorġu jbaqbqu sħan bi spontanjetà u immedjatezza li m’hi xejn jekk mhix oriġinali. 

… is-simboliżmu senswali tiegħu huwa xi minn daqqiet minsuġ f’għanqbuta li toħloq ambigwità jekk dan kollu hux qed iseħħ fid-dinja tar-realtà inkella fid-dinja tal-ħolm.

… fantasmagorija biżarra ta’ tixbihat waħda wara l-oħra li jħalluk bla nifs.

… jekk tista’ tixli lil Scicluna b’xi ħaġa żgur mhix li huwa nieqes mill-kultura u mill-qari.

… immaġnijiet surrealistiċi bħallikieku qed tara pittura ta’ Salvador Dalì.

… Scicluna qatt m’hu poeta superfiċjali. 

… is-sejħa poetika tiegħu jgħoddha bħala vokazzjoni li hu jieħu bl-akbar serjetà. B’hekk l-opra tiegħu tinqara bħala djarju spiritwali li ma tantx  fih tbissim. Hija aktarx kalvarju mimli tensjoni mentali

… mimli  angst u ansjetà eżistenzjali li jridu jsibu żbokk. 

… mhux poeta li taqrah darba u daqshekk … trid tifhmu u tixtarru, mhux biss minħabba ċertu ermetiżmu, speċjalment fejn jittratta esperjenzi personali, reali jew immaġinarji, imma anke minħabba l-kumplessità tal-kanvas enormi li fuqu jpitter.  

 

Achille Mizzi

 

kalci
Untitled Document