Untitled Document
Andrew Sciberras u Tarċisju Zarb – le Poete Mario Azzopardi – €15

MARIO AZZOPARDI (1944- ), poeta, għalliem, direttur tal-palk huwa leħen idjosinkratiku fil-vuċijiet poetiċi ta’ art twelidna. Il-poeżija tiegħu titkellem tgħajjat, daqskemm hija siekta fl-intimitajiet tal-ispirtu. Hemm ċans li l-voċiferità tinħass aktar qawwija, għal dawk (forsi) li ma jaqrawx lill-poeta u ma jiddixxernawx huma wkoll l-univers bla tarf tal-poeżija, li fiha huwa jimraħ b’saħħa, ħila u enerġija unika. Il-mistiċità ta’ vrusu, mibnija skont metapoeżija personali u unika fil-pajsaġġ poetiku Malti, tagħti leħen lis-siktiet jgħajtu tar-ruħ, li lil hinn mill-platealità tal-ħajja, għaddejjin il-ħin kollu jibnu l-vuċijiet jgħajtu ta’ ruħu. Qarrej li jagħraf jidħol huwa wkoll f’dal-pajsaġġ mistiku tar-ruħ, għandu ċ-ċans li jara jitwettqu quddiemu seħħiet li, għalkemm ma jidhrux bl-għajnejn fiżiċi tagħna, jirnexxilu jimraħ f’wesgħat bla tmiem. Id-diq qiegħed hemm. L-angst qiegħed hemm. It-tbatija mentali qiegħda hemm. Imma x-xatt tas-salvazzjoni, fit-tarf tan-naħa l-oħra tal-għadira qiegħed hemm ukoll. 

 

la poete
Untitled Document