Untitled Document
Alfred Sant – Qawmien Tliet Drammi – €30

Eżiljati jew minsija, Erik u sħabu jiltaqgħu għall-aħħar darba: Kemm hu minnu li qed jitħejja qawmien ġdid
fil-pajjiż, mifni mid-dittatura? X’sehem jistgħu jagħtu?

Id-Deċiżjoni

Imgħakksa u umiljati, il-bdiewa m’għandhomx alternattiva ħlief li jqumu u joqtlu lill-Kommendatur Gomez, sidhom. Jibqgħu magħqudin flimkien quddiem il-qilla tal-Imħallef, mibgħut mir-Re biex jikkastiga d-delitt li wettqu.

L-Għajn tal-Imtaten

Is-sena 1848: Imgħassa mill-ħakkiema Ingliżi, il-patrijotti tal-Italja Żagħżugħa mmexxija minn Giuseppe Mazzini jiltaqgħu fil-gżira fortizza ta’ Malta biex iħejju qawmien popolari.  Il-Kurja f’isem l-Istat tal-Papa Pio Nono
u bosta oħrajn jinsabu attenti għalihom.

Qawmien – Mazzini: Iż-Żjara

F’Qawmien – Tliet Drammi insegwu l-isforzi ta’ popli llum
u lbieraħ biex jirbħu d-dritt li jgħixu fil-libertà.

qawmien
Untitled Document