Untitled Document
Helen Borg – Iben id-Dell vol 1 u vol 2 – €14 kull volum

Vol. 1

Kienet is-sena 1940. Id-dinja kienet qed tiffaċċja waħda mill-agħar gwerer li qatt rat l-istorja. Fi dwejra ċkejkna, Marija ltaqgħet mal-imħabba ta’ ħajjitha u minnha nibtet storja li baqgħet sejra għal aktar minn ħamsin sena.
Ħajja pjuttost ordinarja u normali imma bbażata kollha kemm hi fuq il-verità, tikber u tisbieħ bl-istess weġgħat li għaddew minnhom il-protagonisti li magħhom se tiltaqa’, jekk tippermettili nżommlok idek u mmexxik fit-triq li mxejt minnha jien tul il-mogħdija taż-żmien.

 

Vol. 2

Għaddew is-snin u Marija reġgħet daret lura lejn il-passat. Xtaqet issewwi l-iżball li kienet imġiegħla tagħmel seba’ snin qabel. B’kuraġġ u determinazzjoni marret lura fejn kien beda kollox. Imma ċerta affarijiet mhux dejjem jinbidlu kif nixtiquhom aħna. Il-ħajja għandha ħabta tibqa’ għaddejja għal riħha waqt li aħna nkunu qed nagħmlu pjanijiet oħra. Imxi miegħi, ħa nkomplu l-istorja flimkien.

IBEN ID-DELL
Untitled Document