Untitled Document
Victor Fenech – Ħrejjef minn Esopu – €9

 

Illustrazzjonijiet  Greta Borg-Carbott

 Fl-antik nett, meta ma kinux jeżistu kotba, kull tagħrif kien jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra bil-fomm. Dan ifisser li kien hemm nies li kienu jterrqu minn post għall-ieħor u jaqilgħu l-għajxien tagħhom billi jirrakkontaw l-istejjer lil ġemgħat differenti. Ħafna drabi dawn l-istejjer, jew ħrejjef, kienu jkunu akkompanjati bil-mużika.

Maż-żmien bosta minn dawn il-ħrejjef intilfu għal kollox. Oħrajn baqgħu għaddejjin bil-fomm tul mijiet ta’ snin, kultant anki minn pajjiż għal ieħor – bħalma ġara fil-każ ta’ Ħrejjef Missirijietna qabel ma nġabru minn P. Manwel Magri biex jibqgħu miftakra mill-poplu Malti.

Din hi biss ġabra qasira ta’ ħmistax-il ħrafa dwar bnedmin u bhejjem li jservu biex Esopu jikxef il-blugħat tagħna permezz tal-karattri li għażel. Nittama li intom it-tfal mhux biss taqrawhom, imma wkoll tiddiskutuhom fil-klassi u hekk titgħallmu dwar is-sewwa li Esopu jesponi f’kull ħrafa.

hrejjef
Untitled Document