Untitled Document
Lina Brockdorff – Madwar il-fuklar – €12

Hawn stejjer … u hawn stejjer! Issib minnhom li jdaħħluk f’dinja tal-impossibbli, sitwazzjonijiet fejn il-qarrej żgur li qatt ma jista’ jidentifika ruħu magħhom. Waqt li ssib stejjer b’avventuri tassew ħelwin u kurjużi li ssibhom ma’ wiċċek fil-ħajja ta’ kuljum mingħajr ma tkun tistenniehom. Dawn huma t-tip ta’ stejjer ta’ dal-ktieb, li jiskantawk bis-sempliċità tagħhom u fl-istess ħin jinvolvuk f’intriċċi li jkunu
’l barra mill-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Kos, min jaf kemm niesna nisġu stejjer madwar il-fuklar!

 

lina
Untitled Document