Untitled Document
Giovannino Guareschi – Dun Kamillu u ż-żgħażagħ tal-lum – €12

 

Maqlub għall-Malti minn Eman Bonnici

“Giovannino Guareschi għamel teżor mis-suġġeriment ta’ Leo Tolstoy:
‘Jekk trid tkun universali, tkellem fuq il-villaġġ tiegħek.’ Id-Dinja Ċkejkna ta’ Dun Kamillu ssupera sew il-barrieri ġeografiċi kif ukoll dawk temporali billi kiseb madwar id-dinja kollha suċċess strepituż li għadu għaddej sal-lum, waqt li għadu wkoll jinteressa lill-ġenerazzjonijiet ġodda li, huma u jqallbu l-paġni, jiddivertu u jikkommovu ruħhom.”

 

Wara tant snin, il-figuri immortali ta’ Dun Kamillu u Peppone, misluta mill-pinna ta’ Guareschi, qegħdin jerġgħu jidhru bil-Malti, miġjuba lilna minn ħabib kbir tad-“Dinja Ċkejkna” li ilu midħla tagħha sa minn tfulitu: Eman Bonnici. Hekk, l-opra ta’ Guareschi hija llum waħda sħiħa bil-Malti sabiex Dun Kamillu u Peppone jkomplu, anki b’ilsienna, jitlewmu bejniethom, jorganizzaw, ixekklu lil xulxin, imma fuq kollox jgħallmu lilna u lil ta’ warajna, bl-għaqal u bit-tagħlim stuż tagħhom.

 

Dan huwa disinn imħażżeż minn Guareschi stess għall-edizzjoni speċjali ta’ ‘Dun Kamillu’.
Huwa awtoritratt tiegħu stess fil-qagħda
ta’ Peppone f’xatt ix-Xmara l-Kbira.

 

din kamillu
Untitled Document