Untitled Document
Lina Brockdorff – Ladarba dar ir-Riħ – €13

Kulħadd jibża’ mill-maltemp. Niltaqgħu l-ewwel darba mat-tfajla Elena li, għalkemm f’maltemp kbir,

taħrab billejl mid-dar fejn ma setgħetx tibqa’.

Dak il-maltemp jgħaddi, u Elena b’xi mod issib irqajja’ ta’ bnazzi sa ma l-fortuna titbissmilha u ħajjitha tinbidel.

B’dankollu,  kellha tkun din l-istess bidla li tagħti bidu għal maltemp differenti u aktar kiefer f’qalbha meta tirċievi ittra mingħand Rico, li suppost  kien mejjet.

Min kien dan Rico? X’kellha x’taqsam miegħu?

fittxni
Untitled Document