Untitled Document
Lina Brockdorff – Meta Traxxax ix-Xita – €13

Maris kienet ilha sentejn postulanta mas-sorijiet ta’ St.Joseph, Tas-Sliema. Dehret li bil-mod kienet qed tissetilja f’dik il-ħajja li għażlet.

Sa ma lejla waħda tisma’ l-aħbar minn fuq it-televixin  Taljan li  seħħ inċident f’autobus  tat-turisti f’Ruma, fejn kienu involuti xi seminaristi Maltin li kienu vaganza.  Kif semgħet dal-kliem, Maris werżqet u waqgħet mal-art b’ħass ħażin.  Damet ma ġiet f’sensiha u l-uniċi kelmiet li bdiet  tlissen kienu:  “Daniel! Daniel!” Min kien Daniel, u għaliex Maris ħaditha hekk bi kbira dik l-aħbar? Allaħares miet!

Minn dak il-mument kemm il-ħajja ta’ Maris u kemm ta’ Daniel tinqaleb ta’ taħt fuq. Tgħid għad xi darba jerġgħu jaraw ’il xulxin?

lina 2
Untitled Document