Untitled Document
Carmel Conti – Ix-Xalpa Turkwas – Stejjer – €12

Stejjer qosra li jgħinuk titbissem ftit, oħrajn jissorprenduk,
u forsi jġegħluk titħaseb ukoll, fosthom:

  • L-erbat iħbieb waqfu ħa jaraw, għax ta’ quddiem
    kien se jitgerbeb f’xi ħaġa. Meta dak niżel
    għarkupptejh biex jara x’kienet,
    inħasdu waħda sew.
  • Tliet affarijiet kelli komuni maz-ziju;
    waħda minnhom ma jafha ħadd.
  • Min u għalfejn kien qed jibgħatli dawk
    l-inviloppi misterjużi kull ġimgħa?
  • Xi jkun għaddej minn taħt waqt logħba karti
    bejn erbgħa kull nhar ta’ Sibt?
  • L-okkażjoni biex niftaħ it-tielet kexxun damet
    biex ġietni. Meta ftaħtu, sibt dak li qatt ma stennejt.
  • Iz-ziju kien ta kelma lil ommi li se jieħu ħsiebna hu,
    anki sal-mewt. U kelmtu żammha.
  • Xi jkun dak iż-żaqżiq, taħbit u tisbit
    fl-appartament ta’ fuqna kważi kuljum billejl?
  • Kont ili nixtieq dal-ktieb mindu ordnawlna
    ma naqrawhx. Imma kif se nakkwistah?
  • Kif jista’ jkun filli ma jafx jieħu l-iċken deċiżjoni u
    f’daqqa waħda sar kapaċi jaqtagħhom f’radda ta’ salib?
  • Inħsadt b’dak li rajt fir-ritratt, aktar u aktar
    meta dawwartu u qrajt il-kitba fuq wara.
xalpa
Untitled Document