Untitled Document
Joseph Ferriggi – Ġisku – €10

L-ewwel darba li Ġisku daħal fil-bitħa tar-razzett ħassu mistħi u kien mimli biża’. Ma kienx jaf x’se jagħmel u kellha tkun Brożi li għenitu jsib saqajh hemm ġew. Fiha sab it-tieni omm u l-ewwel għalliema tiegħu. U hi ħallietu jikber billi mxiet miegħu pass pass fil-ħajja ġdida fir-razzett.

 

X’kienu se joffrulu l-ħbieb il-ġodda? Ix-xewqa tiegħu kienet li jaċċettawh kif inhu, imma mhux kulħadd kien lest biex jagħmel dan.   Madankollu, Ġisku xorta waħda baqa’ jħares lejn sħabu kif ukoll il-ħajja tiegħu bi tbissima, saħansitra meta kollox kien kontra.

 

Iktar ma beda jikber, iktar beda jinduna li l-bitħa bdiet tiċkien. U xtaq li jkun jaf iktar x’toffri d-dinja lil hinn mill-bitħa.  Imma tgħid kellu jagħmel hekk waħdu, jew jafda fi Brożi? U għaliex il-familja tal-ikbar ħabib tiegħu Ġużeppi kienu jagħtuha daqshekk importanza l-festa tal-Imnarja?  U min kien Nenu? Għaliex kien dejjem fommu sieket?

 

Bil-mod il-mod il-ħajja bdiet tgħin lil Ġisku jifhem dawn il-mistoqsijiet u jirbaħ id-diffikultajiet li kellu quddiemu. U flimkien ma’ Ġużeppi għadda minn esperjenzi li qatt ma stenna, imma li għenuh jikber u jsir iktar matur.

cisku
Untitled Document