Untitled Document
Thomas Mann – Mewt ġo Venezja – €13

Maqlub għall-Malti minn Alfred Palma

Aktar tard, Tadzio kien mimdud fuq ir-ramel jistrieħ mill-għawma tiegħu, imkebbeb fil-kapott tal-baħar tiegħu abjad li ġibed sa taħt spalltu l-leminija, u jserraħ rasu fuq driegħu għeri; u wkoll waqt li Aschenbach ma kienx qed iħares lejh, iżda kien jaqra xi ftit paġni mill-ktieb tiegħu, kważi qatt ma nesa li t-tifel kien mimdud hemm, u kellu biss idawwar kemmxejn rasu lejn il-lemin biex jilmaħ għal darb’oħra quddiemu dik id-dehra ammirevoli. Kważi deherlu li kien minsub hawn bl-iskop li jipproteġi lit-tifel nofsu-rieqed – imħabbat b’dak li kellu jagħmel hu u b’danakollu joqgħod il-ħin kollu għassa fuq din il-ħlejqa nobbli umana. Hemmhekk fuq il-lemin tiegħu, biss ftit ‘il bogħod minnu. U qalbu mtliet u tħarrket b’tenerezza paterna, l-ansjetà tenera li biha dak li jissagrifika lilu nnifsu biex inissel is-sbuħija fl-ispirtu jinġibed lejn dak li jkun jippossiedi s-sbuħija.

 

mewt go venezja
Untitled Document