Untitled Document
Anthony Farrugia – In-nannakola u l-ħanfusa u stejjer oħra – €7

Illustrat minn Sue Flask

 

• Ninu xtaq jaqbad il-pitirross ġo gaġġa. 

Imma, seta’ jgawdih u fl-istess ħin iħallih ħieles?

• Minn xiex kellha tgħaddi ż-żarmuġa biex tgħallmet li ma tistax tafda żżejjed fid-dinja?

• Tikku u Puma kienu kelb u qattus ta’ veru, imma darba waħda ftiehmu bejniethom …

• Il-bebbuxu wissa lin-nemla biex toqgħod attenta
imma hi ma semgħetx minnu, imma min minnhom
se jiddispjaċih fl-aħħar?

• In-nannakola bdiet tiftaħar li hi sabiħa u tinki lill-ħanfusa għax kienet kerha, imma sabet ruħha maqbuda ġo kaxxa. Tgħid jirnexxilha toħroġ minn hemm ġew?

• Tilwima bejn ġurat li kien qiegħed jiekol u farfett li kien qed igawdi l-fwieħa tal-fjura u jdakkarha fl-istess ħin …

• Il-ġrajja tas-serp, il-ġurdien u l-qanfud tgħallimna li min jagħmel il-ħażin ma għandux jistenna li jitħallas
bit-tajjeb. Mela x’kien ġralhom?

 

Aqra aktar dwar dawn u dwar stejjer oħra addattati
għat-tfal miktubin minn xi ħadd li jaf jirrakkonta…

in-nannakola
Untitled Document