Untitled Document
Victor Fenech – PS il-muża mħallta – €13

Fittixtek tul il-jiem

u kullimkien;

tul l-għodwiet u l-għaxijiet

terraqt waħdi għalenija –

u bqajt ma dhert imkien …

(Poeżina n.17) 

 

 

Inħoss sikwit f’għeruqi

li l-memorja kollettiva

qed tiżżerżaq kisknijiet.

L-għelieqi-ġonna ta’ pajjiżna

qed jinkinsu ma’ kull qamar

ħalli jtellgħu t-torrijiet.

                      (Poeżina n.21)

 

 

Muta s-sbuħija;

jekk tassew trid tifhimha

ħossilha l-polz-skiet.

                      (Ħajku n.363)

 

 

Pass pass inkiss inkiss

infirex fuqna skoss fuq skoss

u sploda sħiħ vulkan miġnun:

il-kankru tal-kapitaliżmu.

                         (The Scream)

 

 

Hekk nixtieqni mmur, qalb il-fwieħa

primordjali tax-xagħri … u hekk inkun

warrabt kuntent, lura lejn is-Sors u l-Pjan,

misteru ġo misteru ġo misteru infinit …

                             (Hekk Nixtieqni Mmur)

 

 

Id-dgħajsa bdiet tħoll il-ħbula

bdiet tarmi l-irmiġġ …

nagħtik l-aħħar tislima [u]

xejn ma ngħidlek – ħu ħsieb:

qasira l-ħajja magħduda mit-tmien.

                                        (Id-Dgħajsa)    

 

ps
Untitled Document