Untitled Document
Salv Sammut – Ix-Xirka tal-Beati Paoli – €13

 

Tfal orfni u minorenni fi skola taħt il-ħarsien ta’ reliġjuż pedofilu. Kien ambjent ta’ min jistkerrhu ta’ bullying u abbuż sesswali minn min suppost kellu jara
li dan ma jsirx. Ħajjithom tbagħbset emozzjonalment
u tkissret psikoloġikament mill-bniedem li kellu jħares
il-formazzjoni u t-tisħiħ tal-karattru u l-moralità tagħhom.
Iżda minflok, huwa stess abbuża mill-innoċenza tagħhom
u ħassrilhom tfulithom. It-trawma tagħhom baqgħu jġorruha tul żgħożithom u l-adolexxenza. 

 

Hija wkoll il-ġrajja ta’ delitti bla ħniena b’ritwal
makabru mnebbħa minn xirka klandestina.
Imma fuq kollox, hija ġrajja ta’ mħabba ġenwina
li tisboq kull inġustizzja u dwar kif il-ħaqq ma jħarisx
lejn l-uċuħ. Il-qadi tad-dmir jiġi fuq kollox,
anki fuq ħbiberiji personali.

xirka
Untitled Document