Untitled Document
Toni Aquilina – Mademoiselle Perle u aktar – €13

Guy de Maupassant

 

“X’idea straordinarja, tabilħaqq, ġietni dik il-lejla,

li nagħżel bħala reġina lil Mademoiselle Perle … Allura għall-ewwel darba f’ħajti, jiena ħarist lejha, u staqsejt lili nnifsi x’ħobż tiekol. Kont imdorri naraha f’dik
id-dar, bħalma wieħed jara l-pultruni qodma miksija bit-tapizzerija li fuqhom ikun ilu joqgħod bilqiegħda minn tfulitu mingħajr qatt ma jkun ta kashom.

 

Jum fost l-oħrajn, mingħajr ma jkun jaf il-għala, għax raġġ tax-xemx jaqa’ fuq il-maqgħad, hu jgħid ħabta u sabta lilu nnifsu: ‘Kos, dil-biċċa għamara tgħidx kemm hi interessanti’; u jiskopri li l-injam inħadem minn artist, u li d-drapp xi ħaġa speċjali. Jien qatt ma kont tajt kas tagħha lil Mlle Perle.”

 

“Toni Aquilina juri fit-traduzzjoni dixxiplina lingwistika kbira,
u għalih dan ma kienx ċertament xogħol ta’ kapriċċ,
iżda wieħed ta’ preċiżjoni.”

President Emeritus, Ugo Mifsud Bonnici

mm
Untitled Document