Untitled Document
Alfred Massa – Rebbiegħa Kollha lwien – €12

Ir-rebbiegħa u ż-żgħożija għandhom ċertu xebh fil-ħajja
tal-bniedem…

Ġina u Walter, Mary u David huma żewġ koppji ħelwin li jgħaddu minn żminijiet diffiċli sakemm jilħqu l-ideal tagħhom.

Magħhom jaqsmu ħajjithom il-ġenituri tagħhom.

Min kienet Wenza?  X’importanza għandha fil-ġrajja?

Għaliex David jistqarr li kien tilef teżor u reġa’ sabu?

Katrin, Tereża, Wenza, Lonza, Mattew u Ninu… flimkien
ma’ Dun Nikol jinsġu ġrajja li tikxef il-qawwa tal-imħabba.

Imma kif?…

 

Dan huwa s-16-il rumanz ta’ Alfred Massa, rumanz mimli paġni ta’ mħabba, sentimenti, tagħrif storiku u mera li teħodna lura għas-snin ħamsin.

rebbiegha
Untitled Document