Untitled Document
Richard Attard – Difrejn il-Falkun – €14

Dak li kulħadd kien qed jibża’ li għad jiġri, sa fl-aħħar seħħ.
Fost l-immigranti irregolari li jaslu Malta bid-dgħajsa,
grupp ta’ terroristi indottrinati u mħarrġin f’kamp
tal-estremisti fl-Afrika ta’ Fuq jippjanaw wieħed
mill-agħar attakki li qatt saru fuq pajjiż tal-Punent.

Thomas Whitfield, agent speċjali tal-FBI, jintbagħat biex jgħin lill-membri ta’ S.I.K.T.A., taqsima ġdida ultra sigrieta
li taqa’ direttament taħt il-President ta’ Malta.
Fdata b’missjoni diffiċli, is-Soċjetà Investigattiva
Kontra t-Terroriżmu u l-Aggressjoni tinsab f’ġirja
sfrenata kontra l-ħin. Osman Taylor, l-uniku pulizija
Malti iswed, jissogra ħajtu.

difrejn
Untitled Document