Untitled Document
Sebastian Debono – Sajf Jaħraq – €14

Kien jum sajfi sħun meta Sheila, tfajla grazzjuża, niżlet minn fuq vapur tal-passiġġieri ankrat fil-Port il-Kbir. Hija daħlet tiċċena f’restorant u ltaqgħet, b’kumbinazzjoni jew b’destin, ma’ George, Surġent Maġġur fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dil-iskwadra tindokra l-ibħra territorjali ta’ Malta mill-brikkuni li jitħajru jiksru l-bon ordni.

Tabilħaqq, is-sajf isir iktar sħun, anzi jaħraq ħafna għal Sheila u George: fir-relazzjoni romantika ta’ bejniethom kif ukoll f’diversi sitwazzjonijiet perikolużi fuq l-art, fuq il-baħar u fl-ajru, kemm f’Malta u anke f’Għawdex … bil-kolp eċċitanti aħħari jseħħ fil-ġonna tal-Buskett nhar il-festa nazzjonali tal-Imnarja.

Iva, verament sajf jaħraq!

sajf jahraq
Untitled Document