Untitled Document
Joseph Feriggi – Ġisku – Ħbieb Ġodda – €10

Il-jiem fir-razzett ta’ Pawlu jkomplu għaddejjin. Il-bżulija tal-bidwi flimkien ma’ dik ta’ ibnu Ġużeppi kompliet tkabbar iċ-ċirku ta’ ħbieb ta’ Ġisku li issa sar ħmar imfarfar. Issa kien qed iħossu kuntent fir-razzett imma aktar ma beda għaddej iż-żmien aktar beda jinduna li diffiċli ħafna li jagħmel ħbieb ma’ kulħadd.

Għaliex Reggie, il-kelb il-ġdid ta’ Mattew, kellu tliet saqajn u mhux erbgħa? Tgħid Ġisku kien se jkun kapaċi li jogħla ’l fuq mill-ġudizzji li ffurmaw l-annimali tar-razzett fuq Reggie u jagħmel ħabib ġdid?

It-tellieqa tal-Imnarja waslet ukoll. Tgħid din id-darba se jirbaħ it-tellieqa tal-ħmir? Kieku hu pprepara sew għaliha imma Brillu kien se jieħu sehem ukoll. U min kienet dik il-ħmara ta’ wiċċha ħelu li ra fil-gżira ta’ Għawdex? Kienet diffiċli li jinsa dak li ħass f’qalbu meta raha.

Ġisku aċċetta dak kollu li l-ħajja offrietlu. Tgħallem minn kull esperjenza. Tbissem meta seta’. U ma ħalla l-ebda mument ibaxxilu rasu, imma ħares dejjem ’il quddiem. Għaraf li l-ħajja tkun ħafna isbaħ jekk jgħix il-mument.

gisku
Untitled Document