Untitled Document
Patrick Sammut – Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u Stejjer Oħra – €9

 

Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u Stejjer Oħra huwa l-ħames ġabra ta’ stejjer għat-tfal ta’ Patrick Sammut. Hawnhekk il-qarrejja jsibu 17-il storja ġdida li fl-imgħoddi l-awtur irrakkonta lil uliedu tard filgħaxija, u li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim li għamilhom tajbin biex jinqraw kemm miż-żgħar kif ukoll minn min ħalla warajh l-età tal-ħolm u tal-innoċenza.

Mill-ġdid, hawhekk insibu stejjer fejn għandna kemm bnedmin kif ukoll bhejjem differenti bħala protagonisti jew personaġġi. Huma stejjer li għandhom kemm mir-realtà ta’ kuljum, kif ukoll mill-ħolma, mill-ħrafa, mir-realiżmu maġiku, u mill-cartoons li spiss rajna fuq it-televiżjoni.

Sammut juża lingwa u stil mexxejja, flimkien ma’ Malti idjomatiku, biex b’hekk l-esperjenza tal-qari tinbidel f’waħda mhux biss li tagħti pjaċir, imma anki tgħaddi messaġġ pożittiv. Hemm valuri bħalma huma l-ġenerożità, is-solidarjetà lejn min hu differenti, ir-rispett lejn l-ambjent li ngħixu fih u anki lejn in-nies u l-ħlejjaq l-oħra ta’ madwarna, imma jiġu anki ttrattati temi bħalma huma l-bullying, is-solitudni, imġibiet żbaljati rigward l-ikel, u d-dipendenza fuq it-televiżjoni.

L-ispazji fejn isseħħ l-azzjoni tal-istejjer f’din il-ġabra huma spazji familjari bħal parkijiet nazzjonali, ġonna pubbliċi, il-librerija, id-dar fejn ngħixu, u oħrajn li jmorru lil hinn mir-realtà li mdorrijin inġarrbu kuljum.

L-istejjer f’din il-ġabra ġdida ta’ Patrick Sammut joffru waqtiet ta’ mistrieħ u anki ta’ riflessjoni lill-qarrejja minn għaxar snin ’il fuq.

xwejjah
Untitled Document