Untitled Document
Darren Agius – Imħabba taħt Assedju Storja Kbira – €13

Imħabba taħt Assedju – Storja Kbira hu ambjentat f’Malta fil-bidu tas-seklu XV. Il-ħajja f’dawk iż-żminijiet kienet iebsa immens! Il-ħbiberija, l-imħabba, il-qlubija, l-abbużi, il-ġlied imdemmi u l-mewt kienu jitħalltu flimkien fil-ħajja ta’ kuljum, bħalma jiġri
lill-protagonisti ta’ Storja Kbira.

“Kull meta narak qalbi tkun trid toħroġ minn ġo sidri
bir-ritmu li tibda tħabbat. Qisha trid tiġi għandek, qisha taf li inti sidtha! U meta ma tkunx ħdejja u meta ma narakx, bħallikieku ma telgħetx ix-xemx!” X’ġabet Pawlina fil-ħajja ta’ Johanni?

“Ir-Re tana l-Magna Carta, ibni…” (200 sena qabel ħaduha l-Ingliżi) Kif irnexxielna nakkwistaw il-Magna Carta? U xi rbaħna biha?

“…ponn Maltin waħedhom armati bix-xejn għelbu l-qawwa ta’ tmintax-il elf Ħafsidi u rebħu…” “…u Malta rebħet mija u sena ta’ ‘indipendenza’ ”. Għal mija u sena, l-Maltin mexxew lil Malta.
Il-Maltin kienu taħt il-Kuruna t’Aragona, imma kienu jamministraw il-ħwejjeġ interni ta’ pajjiżna huma, simili għal dak li nkiseb fl-1964.

“Għeżież uliedna, aħna għaddejnielkom storja kbira x’tgħożżu u x’tgħixu, tinsewniex.”

Missirijietkom u Ommijietkom

assedju
Untitled Document