Untitled Document
Vincent Piccinino – L-Appuntament mad-Destin u Stejjer oħra – €12

M’hemm l-ebda dubju li Vincent Piccinino għandu ħabta jirrakkonta storja. Bħala prova, f’dan il-ktieb tana wieħed u għoxrin waħda.
Wieħed u għoxrin storja għall-mogħdija taż-żmien. Għandek waħda kuljum għal tliet ġimgħat sħaħ. Xi trid iżjed bil-ftit ewro li jiswa dan il-ktieb?
Wieħed u għoxrin storja, il-biċċa l-kbira minnhom b’dik
is-sorpriża fl-aħħar li ma tkunx qed tistennieha.
Wieħed u għoxrin storja b’suġġetti li jvarjaw minn rakkonti hekk imsejħin familjari (u kultant anki semiawtobijografiċi) sa stejjer dwar diversi karattri magħrufin, Beltin u Maltin oħrajn.
Wieħed u għoxrin storja li jimirħu miċ-ċuċesk
għas-sagru; mir-redikolu għas-sublimi; mill-farsesk għall-metafiżiku; u mill-mundan għad-divin.
Wieħed u għoxrin storja li jixhdu li l-awtur jaf ikun serju daqskemm jaf jgħaddi d-dinja biż-żmien; jaf idaħħqek daqskemm jaf iqabbiżlek demgħa.
Imma fuq kollox, wieħed u għoxrin storja li fihom, ikun xi jkun is-suġġett, l-awtur dejjem jagħraf jislet dik il-laqta umoristika karatteristika tiegħu.

appuntament
Untitled Document