Untitled Document
Carmel borg – l-edukazzjoni hi Politika: Paulo Freire – €20

Paulo Freire (1921-1997) kien wieħed mill-ewwel ħassieba ta’ statura internazzjonali fil-qasam edukattiv li fehem u kiteb dwar
ir-relazzjoni bejn l-edukazzjoni, il-politika, il-kolonjaliżmu u l-liberazzjoni.

 

Freire kien konvint li l-edukazzjoni hija politika daqskemm Alla li emmen fih mhuwiex newtrali. Għal Freire, li nirkupraw l-utopija huwa att etiku fundamentali. Mingħajr tagħlim, il-bżonn ontoloġiku tat-tama jinbidel f’disprament u fataliżmu paralizzanti, fejn dawk li huma l-aktar vulnerabbli jaċċettaw bħala fenomenu naturali li x-xemx ma titlax għal kulħadd.

paulo freire
Untitled Document