Untitled Document
Gorg Peresso – Il-Werrieta tar-Riħ – €12

“Il-Vigarju ħareġ il-gazzetta Il-Progress u newwilha lill-Isqof.
Biex bħal donnu jiffriska l-memorja, qara fuq fuq dak li kien hemm mifrux fuq erba’ kolonni. It-titlu kien stampat kbir u iswed: Demokrazija u Reliġjon. Imbagħad newwel il-gazzetta lill-qassis.

“Taf xi ħaġa fuq dan l-artiklu, riverendu?”

 

Il-karattri ewlenin:

Anton: Ir-raġel li ġie mill-bogħod ifittex dak li ħalla warajh. U sab li xejn ma tbiddel. Forsi lanqas hu.

Rita: Mara Furjaniża li tgħix f’dar mimlija tifkiriet. U misteri. Tagħha wkoll.

Marija: Tfajla Siġġiwija, b’moħħ miftuħ għal żmienha imma fommha sieket. Sfidat iżda kellha tinħeba. Tistenna.

Grace: Tfajla Żabbarija, qalila u f’waqtiet inġenwa, mimlija b’xewqat u ħolm li ma kinux iħallulha moħħha u ġisimha kwieti.

 

Ma’ dawn il-karattri hi minsuġa wkoll il-ġrajja tal-ambjent u taż-żmien li fih jgħixu. Hi ġrajja minsuġa wkoll ma’ rwejjaħ ta’ fwieħa u għaraq. Ta’ balzmu u demm. Ta’ għenieqed u nbejjed u kappar u tadam u żebbuġ u fjuri selvaġġi.

il-werrieta tar-rih
Untitled Document