Untitled Document
Eman Bonnici – Ir-Raġel Inviżibbli – €9

Ta’ Herbert George Wells | 1866-1946

 

Villaġġ kwiet tal-kampanja, tempesta tas-silġ u bniedem misterjuż … iktar minn biżżejjed biex in-nies tal-post jallarmaw ruħhom. Min seta’ kien dan il-bniedem li kien dejjem iżomm wiċċu mgħotti u jagħti dejjem dahru lil kulħadd? Iżda meta fl-aħħar l-istranġier juri ruħu magħhom, ikun hemm iktar mistoqsijiet milli tweġibiet, u aktar biża’, meta post li darba kien tassew kwiet, jitriegħex bid-delitti li jsiru minn bniedem miġnun li bl-ebda mod ma jkun jista’ jiġi mwaqqaf. Ikun jiddependi minn bniedem wieħed biss, li sa fl-aħħar isolvi dan il-misteru u jwaqqaf dik il-frattarija: billi jikxef l-identità tar-Raġel Inviżibbli!

 

 

 

ir-ragel invizibbli
Untitled Document