Untitled Document
Andre Mangion – Tattoo – €10

X’tagħmel kieku għodwa waħda ssib tatwaġġ impinġi fuq persuntek?

 

Frederick kien jgħix ħajja pjuttost normali. Imur għax-xogħol filgħodu, jargumenta m’ommu, iqalleb il-paġni ta’ Facebook u kull attività oħra li jagħmel żagħżugħ ta’ tmintax-il sena. Sakemm għodwa waħda jsib tatwaġġ impinġi fuq sidru li la jaf kif sab ruħu hemm, u wisq inqas kif se jneħħih. Bobby l-Ingliż kien iwarrab xi flus mill-pensjoni kull xahar. Lil min kien jgħaddihom dawn il-flus? X’kien ġara fit-taraġ tal-blokka snin ilu?
Għaliex Bobby għadu jħallas qares għal dak li ġara fil-blokka tat-taraġ? Jacob jaf fiċ-ċert li bħalissa mdawwar bl-imposturi. Kif jista’ jaħarbilhom? Jista’ b’xi mod jerġa’ jingħaqad ma’ ommu u missieru? Frederick jitlaq fuq vjaġġ biex jiskopri iktar dwar dan il-misteru tat-tatwaġġ. Imma huwa u jistħarreġ din il-biċċa xogħol jiltaqa’ ma’ nies u ċirkostanzi li jħalluh iktar imħawwad minn qatt qabel. Agħar minhekk it-tattoo hija l-kawża ta’ taħlita ta’ ħruq u wġiegħ li Frederick qed iħoss minn żmien għal żmien f’sidru. X’jista’ jagħmel Frederick biex jiskopri l-verità? X’ried mingħandu Tyrone Grima wara das-snin kollha? Ħafna mistoqsijiet jgħaddu minn moħħ Frederick. It-tweġibiet ma jafhomx. Jaf biss li t-tweġibiet qegħdin f’dak it-tatwaġġ ta’ fuq sidru.

tattoo
Untitled Document