Untitled Document
Jozef Jan Matejka – Budulienko – €8

Jgħidu li din l-istorja drammatika, seħħet tassew.  Għall-inqas hekk ġegħilni nemmen missieri. Elf darba rrankuntahieli. Kont għadni żgħir, u malajr emmintu. Madankollu għadni nemmen sal-ġurnata tal-lum, kif kien jisħaq missieri, li din l-istorja ta’ Budulienko ġrat tassew, imma li  maż-żmien intesiet.

 

Wara kollox, fuq xiex ħa jkunu dawn il-ftit vrus li ġejjin?  Naturalment, fuq tifel ċkejken, fuq l-avventuri tiegħu, u kif kien jilgħab. Storja li ġrat fir-razzett ta’ nannietu, u li ma kenitx isseħħ, kieku Budulienko obda u kiel il-pòriġ kollu.  Ma kienx isib ruħu f’dik il-foresta mudlama, u lanqas, biex inkun għedt kollox u li hu aktar gravi minn hekk, ma kien isib ruħu fil-bejta tal-volpi.

budulienko
Untitled Document