Untitled Document
Carmel Baldacchino – GOAL Vol 3 – €25

It-tielet volum tax-xogħol ta’ l-istoriku tal-futbol Malti, Karmenu Baldacchino ikopri l-perjodu bejn l-1936 u l-1949. Dan ix-xogħol huwa meqjus mill-MFA bħala l-istorja uffiċjali tagħha. Dan il-volum janalizza fid-dettall il-perjodu ta’ qabel il-gwerra, żmien il-gwerra u snin 40.

It-Tieni Gwerra Dinjija interrompiet wieħed mill-aqwa perjodi fl-istorja tal-futbol Malti. Is-snin 1936-1939 kienu snin ta’ abbundanza. Dan kien perjodu fejn ħafna plejers famużi ħarbu minn pajjiżhom u fittxew kenn mill-persekuzzjoni f’pajjiżna. Għalhekk il-livell tal-futbol Malti għola ħafna u l-pubbliku irrisponda billi mar l-Istadium bl-eluf kbar.

Iżda is-sitwazzjoni inbidlet meta l-Italia daħlet fil-gwerra kontra l-Ingilterra. Il-logħob kompetittiv waqaf imma minkejja kollox il-logħba ma waqfitx għall-kollox.  Grazzi għas-sur Carmelo Scicluna ta’ l-Istadium il-futbol baqa’ għaddej anki jekk fuq livell ħafna inqas.

l-ewwel snin ta’ wara l-gwerra ġabu magħhom bidla kbira fil-ħajja tal-Maltin. Bil-mod il-mod l-affarijiet bdew ġejjien għan-normal u l-pajjiż qabad it-triq li fl-aħħar kellha twasslu għall-indipendenza.

Is-snin 40 kienu snin mill-aqwa fl-istorja tal-futbol Malti. F’qasir żmien reġgħet ħadet il-pika bejn ir-rivali antiki, Valletta, Ħamrun, Sliema u Floriana.

F’dan il-volum l-awtur jirnexxielu jaqbad ħafna minn dawk l-episodji sbieħ li żgur iġġeddu l-memorji ta’ dawk li jiftakru dak iż-żmien glorjuż.

goall
Untitled Document