Untitled Document
Eman Bonnici – Il-Kanuni ta’ Navarone – €10

In-Navy għamlet minn kollox sabiex issikkithom iżda falliet. Kull attakk imħejji ma wassal imkien. Issa ħamest irġiel ġew mibgħuta biex jeqirduhom. L-attakk kellu jkun wieħed deċisiv. Elf u mitejn ruħ kienu jiddependu minn fuqhom u sabiex iħallu l-gżira ta’ Kheros kellhom ta’ bilfors jgħaddu minn quddiemhom – il-Kanuni ta’ Navarone: l-invinċibbli, l-indistrubbli, li isimhom biss kien iriegħex lill-Alleati u li għalihom ma kienux ifissru għajr qerda u mewt. Ir-rebħa tal-gżira Kheros għall-Ġermaniżi kienet tfisser it-telfa tal-gżejjer Griegi kollha għan-nies tal-post u għall-Alleati. Dawn tal-aħħar jippermettu dan ma setgħux. Iżda jekk kull attentat li sar, kbir kemm kien kbir, falla, kif ħamsa min-nies weħidhom kien ser jirnexxielhom imqar jinżlu fuq il-gżira ta’ Navarone, li kienet mgħassa mill-Ġermaniżi b’reqqa kbira u li l-irdum tagħha kien impossibbli tixxabbat miegħu? Ma setgħetx tkun għajr missjoni suwiċida, iżda ħajjet in-nies ta’ Kheros kienet tinsab f’idejhom. B’xabbatur tal-muntanji magħruf ma’ kulħadd għall-ħila tiegħu u b’espert tal-isplużiv jiffurmaw parti mill-grupp, li b’xi mod il-kanuni jinqerdu kien hemm raġġ dawl, iżda jekk jitwettaqx kollox fil-ħin kienet storja oħra…

 

kan
Untitled Document