Untitled Document
Carlo O. D’Emanuele – L-Anġlu tal-Lament – €10

L-Introduzzjoni
“Hi James jien. U naf li jien daqt immut għax l-anġli hekk jgħiduli.”

Id-Deskrizzjoni
Raġel qrib l-erbgħin, twil fuq is-sitt piedi bi spallejn miftuħin. Riħa ħafifa ta’ fwieħa eleganti u mhux invadenti imħallta ma’ riħa rqiqa ta’ nikotina. Għajnejh żoroq lewn il-baħar ta’ Kemmuna kmieni wara nofsinhar f’xi ġurnata xemxija fix-xitwa, u tbissima magħmula minn għexieren ta’ ħajjiet passati. Għax hekk stħajjiltu, bniedem ta’ erbgħin b’espressjoni ta’ wieħed nejjieki ta’ ħmistax u ħarsa ta’ wieħed li jaf  l-eternità.

L-Aħħar Kelmiet
“Id-darba li jmiss nerġgħu niltaqgħu fil-ħolm, u kull darba li jkollok bżonni tinkwetax għax jien inkun ħdejk.”

X’ġara bejn l-introduzzjoni u l-aħħar kelmiet?
X’qanqal lin-narratur biex jintilef wara karattru daqshekk stramb?
X’fehem mill-ġrajjiet fil-ħajja ta’ James?
U wara kollox, James min hu?

ang
Untitled Document