Untitled Document
Audrey Friggieri – L-iskjav ta’ Isabel – €12

Il-ħajja kwieta u monotona ta’ Raymond Borg darba waħda tispiċċa tinqaleb ta’ taħt fuq meta Isabel tidħol ġo daru. Mara misterjuża, sabiħa u kollha kulur, Isabel mhix dik li tidher. Wara l-wiċċ sabiħ tagħha hemm moħħ li jaf jimmanipula lin-nies. Hija mdorrija tieħu dak li trid u tagħmel li hemm bżonn biex tasal fejn tixtieq. Raymond huwa biss mezz għal wieħed mill-għanijiet tagħha. Mingħajr ma jaf kif, wara li qatt ma kien irnexxielu jsib xorti ma’ mara, jintilef wara Isabel u jagħmel minn kollox biex jiġbidha lejh. Hi iżda għandha pjanijiet oħrajn…

 

skjav
Untitled Document