Untitled Document
Salv Sammut – Dijaspori – €13

Tliet karattri fil-Barrakka ta’ Fuq lejliet l-ewwel ta’ Mejju tas-sena 2004. Kull wieħed minnhom għandu aspirazzjoni personali u differenti minn ta’ xulxin dwar l-avveniment tat-tkabbir tal-Unjoni.

Rebecca – Tfajla bint Laburist konvint, ħaddiem tat-tarzna li jibża’ mill-Ewropa minħabba probabbiltà tal-għeluq tagħha jekk jinqatgħu s-sussidji. Jaħdem kemm jiflaħ għal kampanja ta’ “Le” għall-Ewropa. Iżda hi jkollha l-ambizzjoni li tkun interpretu mal-aġenziji Ewropej u għalhekk taħdem mill-qrib mal-Moviment tal-“Iva” għall-Ewropa. B’hekk jinħoloq konflitt dirett bejn il-missier u l-bint.

Pavel – Poeta Slovak li fis-snin 1967 u 1968 jikkolabora mill-qrib ma’ Alexander Dubcek u kittieba Ċekoslavakki oħra bħal Pavel Kohout, Ivan Klima, Milan Kundera u l-istudent Jan Palach biex jeħilsu lil pajjiżhom mill-ħakma komunista u għal-libertà ta’ pajjiżhom. Jieħu sehem attiv fil-protesti kontra l-invażjoni sovjetika tas-sena 1968 u jkun preżenti waqt il-ħruq ta’ Jan Palach. Ikollu jaħrab mill-pajjiż minħabba l-biża’ ta’ persekuzzjoni politika.

Ronald – Uffiċjal għoli fil-General Workers Union li ġewwa fih tinħoloq taqbida għax hu jemmen li pajjiżu għandu jkun fl-Unjoni Ewropea u fl-istess waqt jemmen li l-iżvantaġġi li jista’ jkun hemm ma jkunux ta’ benefiċċji għal membri tal-Unjin tiegħu. Iżda jkollu jiġbed il-linja tagħha minħabba l-lejaltà li jħoss lejha. Għalhekk, waqt li ż-żewġ karattri l-oħra jkunu hienja u jidhru hienja f’dik il-lejla, ġewwa fih ikun hemm żewġ kuntrasti jitqabdu fl-individwalità tiegħu.

 

dija
Untitled Document