Untitled Document
Frekwenzi Ħiemda – €12

Is-serje ‘Frekwenzi’ hija msejsa fuq il-ġabra ta’ novelli bl-istess isem. Ippubblikata f’Novembru 2012. Din is-serje tindirizza stejjer ta’ sesswalità u ta’ imħabba li ġew moħbijin taħt it-tapit minħabba l-fatt li s-soċjetà ġieli tiddarras tisma’ u tara ċertu realtajiet. Għalhekk din is-serje hi indirzzata li kull min hu miftuħ li jisma’ dawn l-istejjer, bit-twemmin li l-poplu Malti mmatura u hu iktar miftuħ minn qatt qabel għall-possibiltajiet alternattvi. L-iskop hu li titqanqal kuxjenza, speċjalment fejn jidħlu temi relatati ma’ aspetti ta’ minoranzi fis-soċjetà Maltija, bħal, per eżemplju l-kommunità gay, jew dawk kollha li jbatu minn xi forma ta’ marġinaliżazzjoni.  Dawn generalment huma  frekwenzi ħiemda jew  imsikkta, u generalment mċaħħda mill-espożizzjoni li jixirqilhom. L-għajta tal-imħabba mċaħħda, mixtieqa u abbużata tiddomina fit-12-il episodju li jippreżentaw karattri u qagħdiet li llum donnhom saru l-ħajja ta’ kuljum.  F’kull karattru hemm weġgħa, hemm karba, hemm kelma li trid tingħad u tinstema’, hemm l-umanità oppressata quddiem soċjetà tant progressiva li għadha ma fehmitx li l-progress imur lil hinn mill-gidba teknoloġika, imma l-progress huwa l-aċċettazzjoni tal-umanità fis-sens ħolistiku, din l-umanità li ġġarrab u għax iġġarrab trid widen.

frekwenzi ħiemda
Untitled Document