Untitled Document
Tony C. Cutajar – L-Għoġol tad-Deheb – €8

Din hija storja mibnija fuq leġġenda li għandha x’taqsam ma’ Ħaż-Żebbuġ ta’ żmien ilu. Bħala l-iżgħar fost l-aħwa, Kola jiret biċċa għalqa li ħutu ftit juru nteress fiha. Sieħbu Stiefnu jgħinu biex jieħu ħsiebha u fi żmien qasir din tibda tagħti l-frott. Snin wara, hu u jagħżaq il-ħamrija, Kola jsib bħal statwa lewn id-deheb miksija kollha ħamrija magħquda u tajn imwaħħal magħha. Kienet sejba misterjuża li Kola jibża’ jżomm għandu għax kien żgur li kienet se ġġibu fl-inkwiet. Jingħata parir li jbiegħha lil wieħed ġojjellier Għawdxi u hekk jagħmel.

Ħutu jsir jafu u jistennew li jkollhom sehem għax jgħidu li l-għalqa ta’ Kola kienet tagħmel sehem mill-wirt tagħhom. Għalkemm ħafna mill-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu mqarba u sabu ruħhom f’ħafna nkwiet, wieħed minnhom jipprova jgħin lil wieħed minn ħut Kola. Il-kelma tiġri u jisma’ wkoll il-Gran Mastru li jħaqqaqha li kull teżor li jinstab fil-pajjiż huwa tal-istat. L-istorja tkompli tikber u tikkomplika ruħha. Tgħid il-Gran Mastru tgħaddi tiegħu?

 

ghog
Untitled Document