Untitled Document
Tony C. Cutajar – Ix-Xitan iz-Zopp – €10

Dan il-ktieb jiġbor fil-qosor il-karriera ta’ bniedem famuż fl-istorja li fl-età ta’ tnax-il sena beda jbaħħar bħala kursar. Taħt il-kmand tiegħu, l-Imperu Ottoman infirex tul l-Afrika ta’ Fuq. Huwa kien it-terrur tal-Mediterran u għadu kbir tal-Insara, b’mod speċjali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Ħadd daqsu qatt ma ħataf tant ilsiera, fosthom Maltin u Għawdxin fl-attakki li ta’ spiss kien jagħmel fuq il-gżejjer tagħna. Dan huwa Turghut Reis, li aħna nafuh bħala Dragut.

Hawnhekk insibu wkoll dettalji dwar il-ħidma tal-Gran Mastru Jean de Valette, tal-kavallieri ta’ San Ġwann u tal-Maltin qabel u waqt l-Assedju l-Kbir u l-ħidma tal-pirati Torok u tal-Maltin b’mod speċjali fil-Mediterran.

xitan
Untitled Document